Sign In

Studenti ġejjin minn barra l-Unjoni Ewropeja u dawk li m’għandhomx kont tal-e-ID 


Studenti li jirrisjedu f’pajjiż barra l-Unjoni Ewropeja u studenti oħrajn Ii, għal xi raġuni, ma jistax ikollhom kont tal-e-ID, u li ma jistgħux jibagħtu applikazzjoni onlajn, għandhom iniżżlu u jimlew applikazzjoni mill-websajt li tinsab hawn​.  Din il-verżjoni tal-applikazzjoni għandha tintuża f’każijiet ġenwini biss, u m’għandha qatt tintuża minn studenti li għandhom kont tal-e-ID.

L-applikazzjoni, li trid timtela b’ittri kbar u tiġi iffirmata fiż-żewġ paġni mill-applikant, għandhom jinġabu flimkien mad-dokumenti mitluba fl-Uffiċċju tal-Bord għalll-Għotjiet ta’ Manteniment lill-Istudent ġewwa l-binja tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, Kamra 207, Triq l-Assedju Kbir, il-Florjana.

 

Studenti oħrajn huma mitluba li jimxu mar-regoli u l-Linji Gwida tal-Istituzzjoni Edukattiva li jkunu  qed jattendu u jimlew applikazzjoni onlajn.

 

Dokumenti Obbligatorji li l-istudenti kollha jridu juru:

 

a. Verżjoni riċenti tal-Lista tal-Impjiegi maħruġa minn Jobsplus (din tinkiseb minn kwalunkwe uffiċċju Jobsplus jew tista’ titniżżel minn www.jobsplus.gov.mt;

b. kopji tal-Karta tal-Identita/Permess tar-Residenza (miż-żewġ naħat)

c. dokument uffiċjali ta’ Eżenzjoni mill-Miżati tal-Iskola (ara n-nota fil-qiegħ ta’ din il-paġna) 

 

Studenti tal-Ewwel Sena se jkollhom bżonn ukoll:


 d. kopji tal-paġni kollha taċ-Ċertifikat ta’ Tmiem l-Iskola; u

e. dokumenti li juru li l-istudent ilu jirrisjedi ħames snin hawn Malta qabel id-data tal-applikazzjoni.

 

NOTI IMPORTANTI:

 

a. Studenti li jirrisjedu f’pajjiż barra l-Unjoni Ewropeja għandhom japplikaw għal Eżenzjoni mill-Miżati tal-Iskola.  Eżenzjoni uffiċjali għandha tintalab mingħand il-Bord tal-Eżenzjonijiet mill-Miżati tal-Iskola fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol.  L-istudenti għandhom jikkuntattjaw lis-Sur Victor Agius fuq in-numru 25982260 jew jibagħtu ijmejl fuq victor.b.agius@gov.mt.  
 
L-istudenti jistgħu jirrikorru personalment fl-uffiċċji ta’ dan il-Bord fil-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, Livell 2, Triq l-Assedju l-Kbir, il-Florjana.

 

b. Il-Bord tal-Għotjiet ta’ Manteniment lill-Istudenti  jirriserva d-dritt li jivverifika informazzjoni u dokumenti li l-istudenti jkunu ipprovdew, u li jitlob aktar dokumentazzjoni fejn meħtieġ, jekk tinħass il-ħtieġa waqt l-assessjar ta’ każijiet partikolari.