Sign In

 Tagħrif Dwar l-Applikazzjoni Onlajn

 

Biex japplikaw għall-Għotjiet ta’ Manteniment, l-istudenti jridu jilloggjaw bl-e-ID u l-passwerd personali tagħhom. Id-dettalji personali tal-istudent/a jitilgħu awtomatikament fl-applikazzjoni.  L-istudent/a j/tintalab idaħħal/iddaħħal id-dettalji tal-kors li se j/tkun j/tattendi u jintalab ukoll idaħħal in-numru tal-kont IBAN.  Hija ħaġa importanti li l-applikazzjoni timtela b’informazzjoni korretta sabiex ma jkun hemm l-ebda dewmien fl-ipproċessar tal-applikazzjoni.

 

L-istudenti għandhom japplikaw għall-Għotjiet ta’ Manteniment onlajn fil-websajt https://studentgrants.gov.mt/login sal-31 ta’ Diċembru tas-sena akkademika rispettiva.

  

Fl-applikazzjoni, studenti ġodda għandhom itellgħu wkoll il-paġni kollha taċ-Ċertifikat ta’ Tmiem l-Iskola, maħruġ mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol.

 

Il-Lista tax-Xogħlijiet, maħruġa minn Jobsplus, trid tittella’ wkoll.  Dan id-dokument jista’ jitniżżel mis-sit ta’ Jobsplus jobsplus.gov.mt.

 

Għal aktar informazzjoni dwar l-e-ID l-studenti għandhom jidħlu fll-websajt https://mygov.mt

 

Meta l-istudenti jimlew l-applikazzjoni, ikunu qegħdin:

 

1.  Jikkonfermaw li l-informazzjoni mogħtija hija korretta, u li qed jintrabtu li jħallsu lura lill-Gvern ta’ Malta s-somma li tiġi indikata lilhom, jekk għal xi raġuni:

 

        i. ikunu qed iqarrqu bl-awtoritajiet bl-informazzjoni li jkunu taw fl-applikazzjoni;

 

       ii. ma jattendux għall-kors tagħhom;

 

       iii. ma jagħmlux progress sodisfaċenti ; jew

 

       iv. iwaqqfu l-istudji tagħhom.

 

2.  Jawtorizzaw lill-Awtoritajiet konċernati biex jivverifikaw l-informazzjoni mogħtija jekk ikun hemm bżonn.  Dan it-tagħrif jista’ jintbagħat lil Dipartiment/Instituzzjonijiet Edukattivi oħra involuti fl-ipproċessar ta’ din l-applikazzjoni.

 

3.  Jawtorizzaw lill-Awtoritajiet konċernati biex jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jinġabru ħlasijiet żejda u / jew ammonti li l-istudenti jkollhom jagħtu lura.

 

4. Jiddikjaraw li mhux se jkunu qegħdin jaħdmu aktar minn 20 siegħa fil-ġimgħa matul is-sena akkademika.

 

Meta l-istudent/a  j/tibgħat l-applikazzjoni, j/tirċievi ijmejl u messaġġ SMS li juri li l-applikazzjoni ġiet milqugħa.  L-istudent /a irid jibqa’ jiċċekkja l-applikazzjoni, għax meta l-uffiċċju tagħna jirċievi konferma mingħand l-istituzzjonijiet edukattivi li l-istudent ikun beda jattendi, l-istudent se jintalab jerġa’ jidħol fl-applikazzjoni u j/tikkonferma.  

 

Ma jista’ jsir l-ebda ħlas jekk l-applikazzjoni ma tkunx ikkonfermata.​

 

Ma jsirx proċessar ta’ applikazzjonijiet wara t-30 ta’ Ġunju tas-sena akkademika rispettiva.